L-GĦAŻLA TA' SUĠĠETT GĦALL-YEAR 7

 

L-Għażla ta' suġġett hu eżerċizzju fil-Year 6 li jagħti opportunita lill-istudent sabiex jagħżel huwa stess liema suġġett jixtieq jitgħallem.

 

Tkun xi tkun l-għażla, wieħed ikun dejjem jista' jkompli l-istudji ogħla tiegħu sa l-universita. 

Għall-Year 7 kull student/a jeħtieġlu/ha jagħmel ĠĦAŻLA  WAĦDA biss ta’ lingwa barranija.

 

Tajjeb li wieħed ikun jaf  li din l-għażla (Lingwa Barranija) ssir għal ħames snin u ma tkunx tistatinbidel.

 

Tajjeb li qabel ma tittieħed id-deċiżjoni tal-għażla kull student jenħtieġ li:

*  Jara liema huma dawk is-suġġetti li jista’ jagħżel minnhom.

*  Jikkonsulta mal-guidance teacher, jekk ikollu xi diffikultajew jekk ikun jixtieq aktar tagħrif partikulari dwar l-għażla tiegħu.

 

Dan it-tagħrif sa jkun għalik sabiex taqrah sew u tibbaża d-deċiżjoni tiegħek fuq għażla informata, filwaqt li għandu jikkumplimenta x-xogħol ta’ l-għalliema tal-guidance u għalliem oħra li jgħaddulek kull tagħrif ieħor meħtieġ dwar l-għażla ta’ suġġett.

Barra taħdidiet għalikom l-istudenti dwar l-għazla tas-suġġetti, isiru wkoll laqgħat lill-ġenituri sabiex jingħata tagħrif dwar dan l-eżerċizzju u kif huma jkunu jistgħu jgħinukom fl-għazla tagħkom.

 

L-għalliema tal-guidance qegħdin għad-dispożizzjoni tiegħek biex f'każ ta' xi diffikulta’ li jista' jkollok, huma dejjem lesti li jgħinuk.

 

 Peter Paul Buttigieg

School Counsellor/Webmaster

 

BD21318_

 

ĠĦAŻLA  ta’ Lingwa Barranija

Ġħażel suġġett wieħed biss minn:

 

Il-Lingwa Taljana

 

Il-lingwa Taljana hija l-lingwa tal-pajjiz ġirien tagħna, lingwa li ahna, bħala Maltin, ħadna ħafna mill-kliem li nuzaw kuljum. Ftit huma dawk li ma jkollohomx l-opportunita` li jmorru l-Italja bħala vaganza ta' divertiment anke kulturali, biex jagħmlu shopping jew fuq xogħol.

It-tagħlim tal-lingwa Taljana, bħal dak ta' lingwi barranin oħra, jgħin lill-istudent jifhem il-kultura ta' pajjiz ieħor, jifhem il-mod li bih jgħixu l-ġirien tagħna u japprezza d-differenza li hemm bejna l-Maltin u t-Taljani. Iżda, bħal kull lingwa oħra, persuna titgħallem it-Taljan l-aktar billi tisma` l-lingwa fuq it-televizjoni u huwa hawnhekk li l-ġenituri għandhom rwol importanti ħafna f'dak li hu tagħlim tat-Taljan. Mhux il-mod xieraq jekk ġenitur jgħid lil ibnu "Mur ara t-telvizjoni sabiex titgħallem it-Taljan"! It-tfal iridu jiġu mgħejjuna "jaraw", "jisimgħu" u, fuq kollox, "jirreaġixxu" għal dak li qed jaraw.

Huwa għaldaqstant importanti li l-ġenituri joqogħdu mat-tfal tagħhom minn meta dawn ikunu għadhom zgħar ħafna u magħhom jaqsmu dak li flimkien jaraw f'programmi televizivi Taljani. Għandhom jiddiskutu magħhom u jgħinuhom jifhmu dak li jkun qed jintqal. Ħafna ġenituri jħossu li mhux kapaci jagħmlu dan għax jgħidu li l-lingwa Taljana ma jifhmuhiex: x'hemm isbaħ, allura, milli titgħallem lingwa barranija flimkien ma' wliedek?!

L-akkwisizzjoni tal-lingwa Taljana tgħin lill-istudent u tiftaħlu opportunitajiet kbar f'ħafna setturi ta' xogħol fil-futur tiegħu. Naħsbu biss fis-settur tas-servizzi (turizmu, per ezempju, bħala ricezzjoni f'lukanda jew gwida), jew f'dak kummercjali (segretarju/a) jew opportunita` li llum hija importanti ħafna: is-settur tat-traduzzjoni. Nisimgħu kontinwament dwar in-nuqqas ta' tradutturi li pajjizna qed ibati minnha. U hawnhekk wieħed ma jridx jinsa l-Universita` fejn certifikazzjoni fit-Taljan tagħti l-opportunita` lil ħafna li jagħzlu fakulta` li twasslhom, per ezempju, li jsiru avukati, nutara jew, fuq kollox, għalliema tal-lingwa Taljana fl-iskejjel tagħna.

It-tagħlim tat-Taljan (u tal-kultura wiesgħa ta' dan il-pajjiz) huwa esperjenza sabiħa li permezz tagħha l-istudent ikollu l-opportunita` jieħu sehem fi "school exchanges" ma’ skejjel Taljani, f'korrispondenza ma' studenti oħra Taljan permezz ta' e-mails, chatrooms u modi oħra offruti lilna mit-teknologija elettronika. L-esperjenza tkompli titwessa` permezz ta' qari ta' kotba akkwistati apposta mill-għalliema għall-istudenti tat-Taljan u ricerka oħra eccitanti li biha l-istudent jifhem kultura ġdida u jitgħallem japprezza aktar dak li qed joffrilu pajjizu u d-diversita` ta' pajjiz kbir fl-istorja kulturali bħall-Italja.

 

*  Sillabu: Italian

BD21305_

 

Il-Lingwa Franċiża

 

Il-lingwa l-iżjed mitkellma wara l-Ingliż.  47 pajjiżi b’populazzjoni ta’ 160 miljun ruħ.

 

Ta’ importanza kbira :

*  Fl-industija: korrispondenza ma’ ditti barranin.  Qari ta’ struzzjonijiet ta’ oġġetti li tkun xtrajt. 

*  Fit-turiżmu: eluf ta’ turisti li jitkellmu bil franċiż iżuru Malta kull sena.

*  Edukazzjoni: il-letteratura Franċiża hija waħda mill-aqwa fil-kontinent Ewropea.

*  Il-Franċiż huwa lingwa uffiċjali f’kull organizzazzjoni mondjali (O.N.U., U.N.E.S.C.O., Unjoni Ewropeja).

 

Il- Franiż jiftaħlek il- bibien kollha li tixtieq int.

 

*  Sillabu: French

BD21305_

 

 

 

Il-Lingwa Ġermaniża

 

Għaliex għandi nigħallem il-Ġermaniż?

 

*  Sabiex meta nikber ikolli iktar opportunitajiet ta`xogħol f`Malta u jekk irrid anke fil-Germanja u fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

 

*  Sabiex inkun nista`nitkellem mal-ħafna turisti li jitkellmu bil-Ġermaniż u nkun anki nista`nagħmel ħafna ħbieb ġodda.

 

*  Sabiex meta nsiefer inkun nista`nitkellem ma`nies mill-Ġermanja, l-Awstrija, l-Isvizzera, Liechtenstein, l-Italja ta`fuq, il-Lussemburgu, il-Belġju, Franza u nies minn pajjizi oħra.

 

*  Sabiex inkun nista` naqra u nifhem kotba u magażins bil-Ġermaniż.

 

*  Sabiex inkun nista`nsegwi it-televixion Ġermaniż.

 

*  Sabiex nista` nifhem is-siti ta` l-Internet bil-Ġermaniż.

 

*  Sabiex insir nkun naf iżjed fuq il-kultura ud-drawwiet Ġermaniżi, fosthom: il-mużika, l-ikel, l-ilbies, l-isport, l-imgieba tan-nies u affarijiet oħra.

 

*  Sillabu: German

 

BD21305_

 

Il-Lingwa Spanjola

 

 

“El Espanol es la lingua de Dios”. Jgħidu li kieku Alla  jagħżel lingwa biex jitkellem kienet tkun l-ispanjol. Jista’ jkun għax hija lingwa melodjuża u bħal tiġbdek x’ħin tismagħha.

 

L-ispanjol hija lingwa romantika għax ġejja mil-Latin bħalma huma t-Taljan, il-Franċiż, il-Portugiż eċċ. Infatti hemm xi xebh bejn it-Taljan u l-Ispanjol. Dawn li ġejjin huma xi eżempji:

El gatto es bianċo.  (Il-qattus huwa abjad).

 

La casa es grande. (Id-dar hija kbira).

 

Apparti minn dan, l-istruttura tal-grammatika hija bħal dik tal-Malti. B’hekk din il-lingwa tkun ħafna aktar faċli biex wieħed jitgħallimha.

 

L-Ispanjol hija kkunsidrata bħala r-raba’ lingwa l-aktar mitkellma fid-dinja wara c-ċiniż, l-Ingliż u l-Hindu. Infatti din il-lingwa tiġi mitkella uffiċċjalment fl-Istati Uniti, fl-Amerika Latina, fl-Ewropa, fl-Afrika u fl-Asja. Qegħdin nitkellmu fuq kwazi 400 miljun ruħ li jitkellmu l-Ispanjol. Fl-Istati Uniti, l-Ispanjol huwa t-tieni lingwa kif inhu l-Ingliż għalina. Hemm iżjed minn 60% ta’ l-Istudenti Amerikan li jitgħallmuh!

 

L-Ispanjol hu waħda fost is-sitt lingwi (l-Ingliż, il-Franċiż, ir-Russu, iċ-ciniż u l-Għarbi) l-iżjed li jiġu wżati minn organizzazzjonijiet internazzjonali bħan-Nazzjonijiet Uniti, WHO, UNESCO, NATO eċċ. Dan kollu juri li din il-lingwa għandha potenzjal kbir.

 

Korsijiet li wieħed jista’ jagħżel huma:

*  livell avvanzat fil-Post Sekondarja

*  ITS (Istituzzjoni tat-Turizmu)

*  livell universitarju B.Ed (Hons.) u B.A. (Hons)

 

Xi karrieri fl-Ispanjol huma:

*  Għalliem /a.

*  Industrija ta’ l-Avjazzjoni.

*  Industrija tat-Turizmu.

*  Business Communication.

*  Translator / Proof Reader.

*  Gwida.

*  Voluntarjat.

 

*  Sillabu: Spanish

 

BD21305_

 

Il-Lingwa Għarbija

 

Għaliex għandek tagħżel li titgħallem l-Għarbi?

 

Malta hi ġar ta’ ħafna pajjiżi Għarab u għalhekk ikollok ċans taħdem f’oqsma relatati mal-kummerċ u t-turiżmu;  tista’ tagħżel Karriera ta’ interpretu jew ġurnalista.

 

Permezz ta’ l-ilsien Għarbi tkun tista’ tikkomunika aħjar mal-ġirien Għarab tagħna u titgħallem dwar il-kultura tagħhom. B’hekk tkun tista’ sservi ta’ ħolqa bejn l-Ewropa u d-dinja Għarbija.

 

Għalhekk kun oriġinali u differenti mill-oħrajn L-għażla ta’ din il-lingwa twasslek għal opportunitajiet uniċi fil-futur.  L-Għarbi huwa mportanti ferm aktar milli timmaġina, saħansitra jintuża fil-kompjuters, multimedia software, u fl-internet.  Diġa jeżistu ħafna programmi edukattivi fis-software bl-Għarbi.

 

*  Sillabu: Arabic